Knisja li tilqa’: rikonċiljazzjoni

“Ħarsa li tfittex … li tikkomunika l‑ħniena”

  • L‑Arti tad‑Djalogu:
    • Infittxu li nidħlu fi djalogu sinċier ma’ xulxin sabiex intejbu s‑servizz li noffru bħala parti mill‑missjoni li l‑Mulej fdalna.

PERSUNI: Kunsill Presbiterali; Kunsill Pastorali Djoċesan; Kulleġġ tal‑Kappillani; Vigarjat għall‑Kleru u l‑Parroċċi.

  • Rikonċiljazzjoni:
    • Imsaħħin bil‑qawwa ta’ Kristu Rxoxt, ma nibżgħux mill‑ġrieħi u nitolbu għall‑maħfra u l‑fejqan.
    • Nitgħallmu dwar l‑istorja tagħna sabiex inkunu nistgħu naffrontaw l‑iskandli tal‑firda u l‑abbuż. Permezz tad‑djalogu, fuq livelli differenti, infittxu l‑verità u l‑ġustizzja li jwasslu għar‑rikonċiljazzjoni.

PERSUNI: Kummissjoni li tinħoloq għal dan il‑għan, possibbilment f’kollaborazzjoni mas‑Safeguarding Commission, il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi u l‑Vigarjat għall‑Evanġelizzazzjoni.

  • Nidentifikaw kappelli tar‑rikonċiljazzjoni fejn ikun hemm persuni kompetenti li jagħtu dan is‑servizz lil min jeħtieġu.

PERSUNI: Vigarjat għall‑Kleru u l‑Parroċċi; Segretarjat għal‑Lajċi.

  • Safeguarding:
    • Il‑pubblikazzjoni u l‑implimentazzjoni ta’ politika ġdida ta’ safeguarding sabiex il‑Knisja tkun post iktar sigur għat‑tfal u l‑adulti vulnerabbli.

PERSUNI: Safeguarding Commission.

  • L‑integrazzjoni tal‑persuni kollha f’komunità waħda:
    • It‑twaqqif mill‑ġdid tal‑Kummissjoni għall‑Persuni b’Diżabbiltà sabiex nidentifikaw dawk l‑attitudnijiet u l‑inizjattivi meħtieġa sabiex kull persuna tkun tista’ tikber fil‑fidi u tagħti kontribut fil‑Knisja.
  • Forom Ġodda ta’ Faqar:
    • Ikkonfrontati bir‑realtajiet il‑ġodda li ser joħorġu mill‑Osservatorju tal‑Faqar, bħala Knisja ser nirriflettu fuq kif ser inwieġbu għalihom permezz tas‑servizzi li noffru.

PERSUNI: Vigarjat għad‑Djakonija.

  • Grupp iffurmat minn persuni ta’ nazzjonalitajiet differenti, il‑kappillani tal‑lingwi differenti u l‑Kummissjoni Emigranti biex jistudjaw din ir‑realtà ġdida u, fl‑Assemblea li jmiss, jippreżentaw (a) apprezzament tad‑doni ta’ din ir‑realtà, (b) suġġerimenti għal integrazzjoni aħjar, u (ċ) suġġerimenti dwar kif nistgħu nkunu mħarrġin aħjar biex ngħixu f’ambjent pluralistiku.
  • Proġetti flimkien biex titħeġġeġ il‑ħbiberija u d‑djalogu; proposti dwar integrazzjoni aħjar ta’ persuni bi twemmin differenti.
  • Bit‑tisħiħ tal‑ħidma pastorali li diġà qed issir ma’ dawk li qed ifittxu l‑ażil u l‑immigranti, nindirizzaw il‑kawżi tax‑xenofobija, traffikar ta’ bnedmin u sfruttament.

PERSUNI: Kummissjoni Emigranti; Kummissjoni Ekumenika; Kummissjoni għad‑Djalogu Inter‑Reliġjuż; Segretarjat għall‑Edukazzjoni Kattolika; Spiritual Development in Schools; Kummissjoni Ġustizzja u Paċi.

  • Il‑Kummissjoni Ambjent għandha tagħti bidu għal djalogu mal‑parroċċi, gruppi u movimenti biex tinkoraġġixxi deċiżjonijiet favur ekoloġija integrali u l‑parteċipazzjoni f’inizjattivi favur l‑ambjent.
  • Proċess ta’ riflessjoni dwar l‑użu aħjar tal‑proprjetà tal‑entitajiet tal‑Knisja u biex jiġi determinat liema proprjetà tista’ tintuża għal proġetti biex jgħinu persuni fil‑bżonn.

PERSUNI: Kummissjoni Ambjent; Kulleġġ tal‑Kappillani; Vigarjat għad‑Djakonija; Forum tal‑Għaqdiet u Movimenti Kattoliċi tal‑Lajċi.

  • Proġett b’rabta mal‑inizjattiva  ‘The Economy of Francesco’  sabiex l‑ekonomija tkun tassew għas‑servizz tal‑umanità u l‑ħarsien tal‑ambjent.

PERSUNI: Kummissjoni Ġustizzja u Paċi.