Knisja li takkumpanja: formazzjoni

Ħarsa li tilqa’ u tiltaqa’ mal‑oħrajn

Proċess ta’ evalwazzjoni biex:
• nagħtu kas tar‑realtà biex titwessa’ d‑disponibbiltà missjunarja ta’ kull membru tal‑Knisja;
• jiġu identifikati l‑ostakli li qed itellfu lill‑kappillani u s‑saċerdoti milli jagħtu prijorità lill‑Evanġelizzazzjoni u d‑Djakonija.
• tiġi studjata r‑relazzjoni bejn in‑numri tal‑quddies, tas‑saċerdoti u tal‑operaturi pastorali sabiex ir‑riżorsi umani jitqassmu aħjar u jkunu jistgħu jintlaħqu l‑prijoritajiet.
• tingħata għajnuna lis‑saċerdoti biex jiżviluppaw ritmu tajjeb ta’talb u kontemplazzjoni sabiex isaħħu l‑ħeġġa pastorali tagħhom.
KOLLABORAZZJONI SUĠĠERITA: il‑Vigarjat għall‑Kleru u l‑Parroċċi; il‑Kulleġġ tal‑Kappillani.

Studju li jiddetermina t‑taħriġ li jeħtieġu l‑operaturi pastorali, inkluż oqsma ġodda tal‑ħidma pastorali tal-parroċċi, bħal fil‑katekeżi tal‑adulti, fid‑djakonija, eċċ.
KOLLABORAZZJONI SUĠĠERITA: l‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali; il‑Vigarjat għall‑Kleru u l‑Parroċċi, u entitajiet oħra skont il‑ħidma identifikata.

L‑implikazzjonijiet tal‑Proċess ta’ Tiġdid Ekkleżjali fuq il‑livell ta’ formazzjoni: il‑viżjoni tal‑Knisja u l‑proċess formattiv; il‑formazzjoni meħtieġa għal operaturi differenti biex il‑proposti jiġu implimentati.
KOLLABORAZZJONI SUĠĠERITA: il‑Fakultà tat‑Teoloġija; is‑Seminarju tal‑Arċisqof; l‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali.

Akkumpanjament tal‑professjonisti li jaħdmu fil‑qasam edukattiv, b’mod partikulari fis‑sejħa tagħhom biex jaħdmu f’ambjent imħallat li jinkludi nies ta’ twemmin differenti, u
bżonnijiet differenti.
KOLLABORAZZJONI SUĠĠERITA: l‑Ispiritual Development in Schools; is‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Kattolika.

Akkumpanjament tas-saċerdoti: id‑Dar tal‑Kleru, waqt li ssaħħaħ is-servizz professjonali li ġa qed tagħti lis‑saċerdoti li qegħdin fl‑aħħar stadju tal‑ministeru u l‑ħajja tagħhom, għandha tibda toffri wkoll għajnuna lis‑saċerdoti fis‑snin tal‑ministeru attiv tagħhom.
KOLLABORAZZJONI SUĠĠERITA: il-Vigarjat għall‑Kleru u l‑Parroċċi; il-Kulleġġ tal‑Kappillani.

Inizjattiva konġunta bejn dawk kollha involuti fil‑qasam tal‑formazzjoni u l‑katekeżi sabiex
jiġi evalwat kif il‑bidliet fil‑kultura jitolbu inizjattivi u proposti ġodda għall‑katekeżi marbuta
mas‑sagramenti tal‑bidu tal‑ħajja Nisranija u l‑integrazzjoni tal‑fidi fil‑ħajja, min‑nieqa sal‑qabar.
KOLLABORAZZJONI SUĠĠERITA: il‑Vigarjat għall‑Evanġelizzazzjoni; is‑Segretarjat għall‑Katekeżi; it‑Technology Development Unit fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

Jissaħħaħ l‑akkumpanjament tal‑familji.
KOLLABORAZZJONI SUĠĠERITA: il‑Moviment ta’ Kana; il‑grupp Belong.

Il‑ħolqien jew it‑tisħiħ taċ‑chaplaincies (skejjel, sptarijiet, djar tal‑anzjani, faċilitajiet korrettivi) fid‑dawl tar‑rwol tagħna bħala Knisja fis‑soċjetà llum.
KOLLABORAZZJONI SUĠĠERITA: il‑Fakultà tat‑Teoloġija; l‑Ispiritual Development in Schools; iċ‑CAM; Missio Malta; il‑Patrijiet Franġiskani Kapuċċini; l‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali.