“ħarsa li toħroġ is‑sbuħija fl‑oħrajn”

- Nimpenjaw ruħna li npoġġu l‑Kelma ta’ Alla fiċ‑ċentru tal‑għixien tagħna ta’ kuljum u tal‑approċċ pastorali tagħna.
- It‑twaqqif ta’ kummissjoni responsabbli mill‑Ministeru Bibliku sabiex tassisti lill‑entitajiet ekkleżjastiċi biex jintegraw il‑Kelma fil‑ħidma pastorali tagħhom.
- Ikun hemm iktar riżorsi bibliċi diġitali disponibbli.
- L‑eżeġeżi tas‑silta ta’ Għemmaws tkun aċċessibbli f’formats differenti.
PERSUNI: Għaqda Biblika Maltija; Soċjetà Patristika Maltija; Kummissjoni Dottrinali.
- Inrawmu sens ta’ fiduċja sabiex nikbru bħala dixxipli missjunarji.
- Smigħ attiv, b’mod speċjali mill‑Isqfijiet, li jiffaċilita l‑komunikazzjoni u l‑għaqda b’mod partikolari mat‑tfal u ż‑żgħażagħ.
PERSUNI: L‑Isqfijiet; Kummissjoni Djoċesana Tfal; MCYN.
- Nisimgħu lil xulxin sabiex nikbru fil‑missjoni waħda tagħna bħala Knisja f’Malta. Il‑ħolqien ta’ pjattaforma ta’ smigħ reċiproku fejn rappreżentanti tal‑Poplu ta’ Alla (ara Kapitlu 5) jidentifikaw flimkien
- l‑opportunitajiet u l‑isfidi fl‑oqsma differenti tal‑missjoni tal‑Knisja Maltija;
- il‑kwalitajiet u l‑kariżmi li aħna msejħin naqsmu ma’ xulxin;
- modi ġodda ta’ kif inwieġbu għal dawn l‑isfidi u l‑opportunitajiet.
PERSUNI: Il‑Vigarju Ġenerali flimkien ma’ rappreżentanti tal‑Kummissjonijiet kollha.
- Il‑formazzjoni tas‑saċerdoti fid‑dixxerniment u d‑direzzjoni spiritwali.
PERSUNI: Vigarjat għall‑Kleru u l‑Parroċċi; Kulleġġ tal‑Kappillani.
- Attitudni kontemplattiva li twassal għall‑qari tas‑sinjali taż‑żminijiet fil‑ħajja ta’ kuljum u fis‑soċjetà.
- Attitudni ta’ smigħ bla waqfien tar‑realtà sabiex nidentifikaw kif u fejn qed nissejħu nkunu dawl, melħ u ħmira fis‑soċjetà Maltija.
PERSUNI: L‑Isqfijiet; Discern; Kummissjoni Ġustizzja u Paċi; Kummissjoni Ambjent.
- It‑twaqqif ta’ Osservatorju tal‑Faqar f’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra li jaħdmu fil‑qasam soċjali fis‑soċjetà ċivili.
PERSUNI: Vigarjat għad‑Djakonijau Caritas f’kollaborazzjoni ma’ Discern.