Riżorsi u Links

It-tmien taqsimiet tal-proċess ta’ tiġdid fil-qosor li jiggwidaw lill-individwi u lill-gruppi fil-proċess tagħhom pass wara l-ieħor.

Il-Kummissjoni ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed’ ħolqot dan il-filmat b’messaġġ ta’ introduzzjoni dwar il-proċess ta’ tiġdid ekkleżjali. L-għan tal-filmat hu li jservi ta’ gwida meta jintwera fil-parroċċi u lill-entitajiet li jixtiequ jibdew jaħdem fuq dan il-proċess.

Id-dokument Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed għall-proċess ta’ tiġdid ekkleżjali 2020-2024, jitkellem minn “proċess ta’ smigħ mas‑saċerdoti, reliġjużi u lajċi sabiex ninżlu aktar fil‑fond ta’ dak li tfisser il‑kelma li Kristu qed jgħid lill‑Knisja f’Malta permezz tas‑silta ta’ Għemmaws”. F’dan il-proċess, tissemma l-formazzjoni meħtieġa biex joħroġ frott bnin minn din il-mixja. F’dan l-impenn biex il‑Poplu ta’ Alla f’din il-Knisja f’Malta jsir Knisja waħda permezz tal‑laqgħa ma’ Kristu, irridu nagħtu prijorità lit‑talb bil‑Kelma ta’ Alla. Barra mir-reviżjoni tal-Bibbja biex ħarġet il-Ħames Edizzjoni online u stampata mill-Għaqda Biblika Maltija, id-Dipartiment tal-Iskrittura fi ħdan il-Fakultà tat-Teoloġija ħejja studju dettaljat u fil-fond tar-rakkont ta’ Għemmaws biex il-pedament ta’ dak kollu li joħroġ minn dan it-test evanġeliku jitqiegħed fuq eseġeżi soda.

Ħsibijiet minn Rev. Dr Paul Pace, SJ dwar x’nifhmu b’dixxerniment. Id-dokument jinkludi s-seba’ tarġiet għad-dixxerniment Injazjan

Ħsibijiet u punti mill-Isqof Joseph Galea-Curmi dwar x’nifhmu b’dixxerniment komunitarju, kif dan jista’ jiġi megħjun, suġġerimenti ta’ kif għandu jsir u x’jista’ jfixkel lill-komunità fid-dixxerniment tagħha milli tifforma ġudizzju dwar xi jrid Alla għall-komunità.

Mistoqsijiet ta’ riflessjoni li jistgħu jgħinu fuq livell personali kif ukoll għal qsim ta’ esperjenzi fi gruppi żgħar

Il-Malta Catholic Youth Network (MYCN) ħejjiet verżjoni mqassra tal-proċess Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed. Din inkitbet bil-għan li tagħmel id-dokument oriġinali iqsar, iktar sempliċi u eħfef biex dak li jkun jirrifletti dwaru. Id-dokument inħadem bit-tama li jqanqal riflessjoni li fl-aħħar mill-aħħar iwassal għal azzjoni konkreta.

Filmat mis-sottokumitat li qed jikkordina l-ħidma tal-attitudni pastorali ‘Knisja li Tisma” skont id-dokument Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed. Fost oħrajn jiddiskuti x’tip ta’ smigħ għandna nagħmlu bħala d-dixxipli missjunarju kif ukoll bħala l-Knisja nnifisha.