Il-Vjaġġ Wieħed
ta' Knisja Waħda

16/02/2021
Riflessjonijiet mill-Ordni Karmelitan Sekulari Fraternità Mdina
L-Ordni Karmelitan Sekulari Fraternità Mdina organizza laqgħa virtwali fis-16 ta’ Frar 2021ispirata mill-irtir li sar fil-11 ta’ Ottubru 2020 bit-tema ‘Knisja waħda, Vjaġġ wieħed: kif il-Karmelitan Sekulari jissieħeb illum f’dan il-Vjaġġ’… Kompli aqra »
16/02/2021

29/01/2021
Webinar 1: Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed
Il‑Kummissjoni ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed’ fi ħdan l‑Arċidjoċesi ta’ Malta organizzat webinar nhar l‑Erbgħa 27 ta’ Jannar 2021. Din il‑laqgħa kienet ippreseduta mill‑Arċisqof Charles Scicluna u għaliha attendew diversi rappreżentanti u mexxejja ta’ kummissjonijiet u entitajiet tal‑Knisja… Kompli aqra »
29/01/2021

20/11/2020
‘Beyond GDP’ mill-Ġustizzja u Paċi
Ispirata mil‑laqgħa internazzjonali ta’ Novembru 2020 f’Assisi ‘L‑Ekonomija ta’ Franġisku’, sabiex l-ekonomija tkun tassew għas-servizz tal-umanità u l-ħarsien tal-ambjent, il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi nediet l‑inizjattiva Beyond GDP b’ħidma mal‑fergħat Maltin tal‑Moviment tal‑Fokolari u l‑Fondazzjoni Centesimus Annus Pro Pontifice, flimkien mal‑kumpaniji EY u Seed Consultancy bl‑appoġġ ta’ APS Bank… Kompli aqra »
20/11/2020

01/11/2020
DISCERN: Fehmiet fuq il-Kattoliċiżmu
DISCERN, l-istitut ta’ riċerka dwar is-sinjali taż-żminijiet, lesta l-proġett Fehmiet fuq il-Kattoliċiżmu. Ir-rappreżentazzjonijiet tal-Kattoliċiżmu f’Malta huma diversi u huma dinamiċi. Dal-proġett ta’ riċerka esplora r-rappreżentazzjonijiet, u l-lingwaġġ li jintuża, rigward il-Kattoliċiżmu f’Malta, qalb gruppi demografiċi differenti (abbażi ta’ ġeneru, età, edukazzjoni, u reġjuni)… Kompli aqra »
01/11/2020

01/10/2020
Il-ħames edizzjoni tal-Bibbja ppublikata
L-Għaqda Biblika Maltija ppubblikat il-ħames edizzjoni tal-Bibbja bil-Malti riveduta skont l-aħħar studji mill-biblisti Maltin fis-60 anniversarju mit-twaqqif tagħha. Il-Bibbja għandha sservi ta’ gwida għall-formazzjoni ta’ kull Nisrani… Kompli aqra »
01/10/2020

10/06/2020
Ħidma mill-MCYN
Il-Malta Catholic Youth Network (MCYN) ilha li bdiet il-ħidma tagħha minn Ġunju tal-2020. F’Diċembru ppubblikat il-gwida mqassra għal mal-pastorali taż-żgħażagħ bil-Malti u bl-Ingliż u fi Frar li ġej se jibdew l-ewwel laqgħat biex jinbeda l-proċess tas-smigħ… Kompli aqra »
10/06/2020

01/04/2020
Ħidma tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi
Wara li rat id-dokument tal-proċess ta’ tiġdid ekkleżjali, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi bdiet numru ta’ kollaborazzjonijiet b’relazzjoni ma’ entitajiet oħra bħal MCYN, is-Segretarjat għall-Katekeżi, it-Taqsima Djakonija fil-Parroċċi u l-Kummissjoni Immigranti… Kompli aqra »
01/04/2020