Riżorsi tal-laqgħat

Fl-14 ta’ Ottubru 2021 sar it-tieni webinar marbut mas-smigħ bħala parti mill-proċess ekkleżjali ta’ Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed.

Il-Programm

  • Talba u introduzzjoni: rabta bejn il-proċess ta’ tiġdid ekkleżjali: Knisja waħda, vjaġġ wieħed mal-proċess tas-Sinodu (2021-2023)
  • Żewġ esperjenzi ta’ smigħ (realtajiet li forsi faċli ninjoraw)
  • Rabta tal-proċess sinodali mar-realtajiet tagħna
  • Tliet esperjenzi ta’ smigħ (realtajiet ta’ oqsma differenti ta’ Knisja)
  • Gruppi żgħar (f’rabta mal-metodu mitlub mill-proċess tas-Sinodu)
  • Konklużjoni u triq ‘il quddiem

Il-mistoqsijiet li ġew mistoqsija lill-parteċipanti

1a) B’liema mod tisma’ dak li hu għaddej madwarek?
1b) B’mod konkret kif tgħix is-smigħ fil-ħajja ta’ kuljum?

2a) X’tisma’ biex issostni l-fidi tiegħek?
2b) Xi jtellfek u x’jgħinek biex tisma’ aktar lil Alla fir-realta’ li qed ngħixu fiha?

3) Għandek xi esperjenza partikolari ta’ smigħ f’ħajtek li mmarkatek?

4) Fil-kuntest tal-ministeru tiegħek fil-Knisja, hemm xi smigħ li jista jkun m’intix qed tagħmel?

Il-filmati li ntwerew fil-webinar b’rabta mal-mistoqsijiet


Ir-riżorsi li ntużaw bi preparazzjoni għal-laqgħa

Filmat minn Patri Timothy Radcliffe OP dwar is-smigħ u l-proċess sinodali