Reġistrazzjoni għat-tieni laqgħa ta’ tħejjija għall-Assemblea Djoċesana 2021


Dettalji tal-Laqgħa

Data: It-Tlieta 27 t’April 2021
Ħin: 19.00

Il-laqgħa ser issir fuq Zoom. Tirċievi d-dettlaji fl-email li ser tirreġistra bih.


Tema: Knisja li Tisma’

Wara l-laqgħa ta’ introduzzjoni li saret fis-27 ta’ Jannar 2021, din is-sensiela ta’ laqgħat bi tħejjija għall-Assemblea Djoċesana 2021 tkompli bit-tieni laqgħa. F’din il-laqgħa, flimkien ser niddiskutu l-ewwel attitudni pastorali li toħroġ mir‑rakkont ta’ Għemmaws u li nsibu fid-dokument dwar it-tiġdid ekkleżjali tal-Knisja f’Malta – Knisja li Tisma’.


Mistoqsijiet għar-Riflessjoni:

  1. Tisma’ l-Kelma: x’inhu meħtieġ sabiex il-Poplu qaddis ta’ Alla kollu jpoġġi s-smigħ tal-Kelma fiċ-ċentru? X’riżorsi hemm bżonn?
  2. Smigħ ta’ xulxin: x’inhu meħtieġ biex inħallu s-smigħ jgħinna ningħaqdu aktar bħala komunità nisranija u biex nikkomunikaw aħjar ma’ oħrajn?
  3. Smigħ tar-realtà: L-impatt tal-pandemija se jmiss diversi oqsma tal-esperjenza tal-bniedem u se jitlob tweġiba kuraġġuża u kreattiva fuq livell pastorali. Sabiex inkunu nistgħu nieħdu deċiżjonijiet għaqlin, x’hemm bżonn nagħtu każ?

Reġistrazzjoni