Il-proġett Beyond GDP mill-Ġustizzja u Paċi

Ispirata mil‑laqgħa internazzjonali ta’ Novembru 2020 f’Assisi ‘L‑Ekonomija ta’ Franġisku’, sabiex l-ekonomija tkun tassew għas-servizz tal-umanità u l-ħarsien tal-ambjent, il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi nediet l‑inizjattiva Beyond GDP b’ħidma mal‑fergħat Maltin tal‑Moviment tal‑Fokolari u l‑Fondazzjoni Centesimus Annus Pro Pontifice, flimkien mal‑kumpaniji EY u Seed Consultancy bl‑appoġġ ta’ APS Bank.

L-iskop tal-proġett hu li permezz ta’ djalogu ma’ stakeholders fil-qasam ekonomiku jinħoloq għarfien dwar ekonomija li hi għas-servizz tal-bniedem u jipproponi modi ta’ kif nistgħu nindirizzaw dan fil-prattika.