Bħala parti mill-proċess sinodali għal tiġdid ekkleżjali ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed’, din is-sena hi ddedikata għall-Knisja li Toħroġ.
Fl-aħħar Assemblea Djoċesana, li saret f’Novembru 2023, għadd ta’ temi ġew identifikati mill-parteċipanti bħala “spazji” u “ġrieħi”, fejn bħala Knisja aħna mistiedna li noħorġu f’Malta tal-lum biex noffru fejqan fl-ispirtu tal-ewwel evanġelizzatur, l-Appostlu San Pawl. Hu xandar l-aħbar it-tajba fostna permezz tal-fejqan tal-morda u l-barka tal-“ħlewwa liema bħalha” (Atti 28:2) tal-Maltin.
Wara r-rispons pożittiv f’Lulju, qed nistiednu lil kull min jidentifika ruħu bħala Kattoliku, biex jipparteċipa f’waħda jew aktar minn serje ta’ konverżazzjonijiet spiritwali fi spirtu sinodali. Flimkien naraw l-Ispirtu x’qed jitlob minna bħala azzjonijiet konkreti ta’ kif bħala knisja f’Malta ħa noħorġu fi spirtu ta’ fejqan f’dan “l-isptar fuq il-kamp tal-battalja” bħalma jgħid il-Papa Franġisku.
Dawn il-konverżazzjonijiet se jittellgħu f’Awwissu 2024. Agħfas fuq il-konverżazzjoni li tixtieq tipparteċipa fiha: