Il-Parroċċa ta’ Bormla minn dejjem ħadmet fuq Evanġelizzazzjoni u Djakonija. Bormla għandha diversi nies li huma fi bżonn ta’ affarijiet materjali, spiritwali u soċjali. Għalhekk dejjem rat kif il-Knisja ma tkunx imsakkra fis-sagristija iżda li toħroġ u tagħraf il-bżonnijiet tan-nies.
Fil-bidu tal-2017, il-parroċċa permezz ta’ dikussjonijiet fi ħdan il-Kunsill Pastorali Parrokkjali u Kummissjonijiet, ħadmet fuq dawn l-inizjattivi:
- Żjara ta’ saċerdot qabel il-Magħmudija.
- Laqgħa għall-koppji kollha (miżżewġin u mhumiex) kull xahar b’tema li tgħodd għall-koppji u wara jisserva l-ikel.
- Kull nhar ta’ Ġimgħa filgħodu l-Uffiċċju Parrokkjali jiftaħ mill-Kummissjoni Djakonija għall-għajnuna. Jinżammu rekords professjonalment u jkun hemm preżenti wkoll social workers.
- Żjajjar minn saċerdot qabel l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof.
- Twaqqaf il-grupp ‘Esekuttiv’ li hu l-mutur tal-ħidma pastorali. Dan jiltaqa’ kull xahar u hu magħmul minn sitt persuni ġejjin minn diversi oqsma tal-parroċċa.
- Bormla fiha ħafna flats. Twaqqaf il-grupp ‘Ġetsemani’ li jiltaqa’ kull nhar ta’ Ħamis. Kull xahrejn jagħżel blokka ta’ flats u jmur iwassal il-Kelma t’Alla għal erba’ Ħamisijiet wara xulxin. Dan il-proġett kien se jinbeda eżatt qabel ma bdiet il-pandemija.
- Dan l-aħħar ħarġet bl-idea li titwaqqaf kummissjoni għall-media u ħajret tliet persuni biex jinvolvu ruħhom. It-tir hu la tkompli tikkalma l-pandemija jiltaqgħu.
Bl-inizjattivi msemmija l-parroċċa tittama li tilħaq numru tajjeb ta’ nies billi tmur għandhom hi peress li ħafna minnhom ma jmorrux il-knisja.