Proċess ta' Tiġdid Ekkleżjali 2020‑2024

Il-Vjaġġ Wieħed
ta' Knisja Waħda

10/06/2020

Ħidma mill-MCYN

Il-Malta Catholic Youth Network (MCYN) ilha li bdiet il-ħidma tagħha minn Ġunju tal-2020. F’Diċembru ppubblikat il-gwida mqassra għal mal-pastorali taż-żgħażagħ bil-Malti u bl-Ingliż u fi Frar li ġej se jibdew l-ewwel laqgħat biex jinbeda l-proċess tas-smigħ… Kompli aqra »

10/06/2020

15/04/2020

Il-Bibbja bil-Malti fuq l-app YouVersion

L‑Għaqda Biblika Maltija, li lestiet il‑ħames edizzjoni tat‑traduzzjoni tal‑Bibbja mil‑lingwi oriġinali għall‑Malti, ħadmet ukoll biex it‑test ikun parti mill-app tal-Bibbja popolari YouVersion għall-iOS u AndroidKompli aqra »

15/04/2020

01/04/2020

Ħidma tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi

Wara li rat id-dokument tal-proċess ta’ tiġdid ekkleżjali, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi bdiet numru ta’ kollaborazzjonijiet b’relazzjoni ma’ entitajiet oħra bħal MCYN, is-Segretarjat għall-Katekeżi, it-Taqsima Djakonija fil-Parroċċi u l-Kummissjoni Immigranti… Kompli aqra »

01/04/2020

26/03/2020

Ħidma mid-Djakonija Unit fi ħdan il-Caritas, mal-parroċċi u entitajiet djoċesani tad-djakonija fil-komunità

Id-Djakonija Unit fi ħdan il-Caritas taħdem biex jikber il-koordinament u ssaħħaħ is-servizzi ta’ sostenn għad-djakonija fil-parroċċi. Dan tagħmlu flimkien ma’ bosta entitajiet oħra imma speċjalment mas-Segretarjat Djakonija, is-Segretarjat Parroċċi, il-Kulleġġ tal-Kappillani u l-Kummissjoni Migranti, St Jeanne Antide Foundation, Millenium Chapel, Institute Paolo Freire u s-Segretarjat Assistenza Soċjali, Fondazzjoni Sebħ (tim ta’ ħidma soċjali fil-komunitajiet tal-Ħamrun u l-Marsa)… Kompli aqra »

26/03/2020

12/03/2020

Bekids.mt: website ta’ formazzjoni kateketika għaż-żgħar

Bekids.mt inħolqot mis-Segretarjat għall-Katekeżi u Spiritual Development in Schools, bil-għajnuna mis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija, il-Kummissjoni Djoċesana Tfal, is-Soċjetà Duttrina Nisranija, is-Segretarjat għall-Parroċċi u t-Technology Development Unit fl-Arċidjoċesi ta’ Malta, b’koordinament mill-Vigarjat għall-Evanġelizzazzjoni… Kompli aqra »

12/03/2020

05/12/2019

Il-proċess fil-Parroċċa ta’ Santa Venera

Il-Parroċċa Santa Venera bdiet il-proċess ta’ tiġdid ekkleżjali wara l-Assemblea Djoċesana tal-2019 bl-involviment tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u kummissjonijiet. Ix-xewqa tal-parroċċa hi li tkun komunità Nisranija mibnija fuq Ġesù li tgħix f’nofs il-poplu b’kulturi u ideat differenti… Kompli aqra »

05/12/2019

16/01/2019

Għajnuna lill-vulnerabbli mill-Parroċċa ta’ San Pawl fir-Rabat

Il-Parroċċa ta’ San Pawl tar-Rabat Malta bdiet il-proċess ta’ tiġdid ekkleżjali fil-bidu tal-2019 wara li identifikat li hemm numru ta’ familji fil-bżonn kif ukoll persuni bla dar… Kompli aqra »

16/01/2019

14/01/2018

Mixja flimkien minn entitajiet lajċi

Wara li bejn Jannar u Frar 2018,  numru ta’ lajċi  ħadu sehem f’kors ta’ żewġ laqgħat dwar id-dixxerniment  li tmexxa minn Prof. Edward Warrington, grupp ta’ parteċipanti ħassew il-ħtieġa li jitkompla dak li nbeda… Kompli aqra »

14/01/2018

03/01/2017

Bosta inizjattivi mill-Parroċċa ta’ Bormla biex tilħaq lil niesha

Il-Parroċċa ta’ Bormla minn dejjem ħadmet fuq Evanġelizzazzjoni u Djakonija. Bormla għandha diversi nies li huma fi bżonn ta’ affarijiet materjali, spiritwali u soċjali. Għalhekk dejjem rat kif il-Knisja ma tkunx imsakkra fis-sagristija iżda li toħroġ u tagħraf il-bżonnijiet tan-nies… Kompli aqra »

03/01/2017